Tliet nisa minn Bormla l-bierah filghaxija tressqu l-Qorti akkuzati li rrikitaw bejjiegh tal-haxix.
Ic-centru tal-ahbarijiet hu infurmat li zewg nisa - wahda ta tmienja w tletin sena, ohta ta disgha w tletin sena u bint wahda minnhom li ghandha sbatax -il sena, kienu akkuzati li rrikataw ragel ta' sittin sena minn Haz-Zabbar li jbigh il-haxix.
Jirrizulta li wahda min-nisa kellha taghti mas-sitt mitt ewro lir-ragel/ Madankollu, ftehmu li minflok thallsu, tpatti bis-sess.
Fl-ahhar ta' Ottubru li ghadda, ir-ragel mar fir-residenza tal-mara ta' tmienja w tletin sena minn Bormla. Hekk kif neza hwejgu, ohta u bintha hadulu ritratt bil-mobawjl u b'kamera tar-ritratti.
In-nisa bdew jirrikitawh li jekk ma jtihomx il-flus, kienu se jikxfuh ma' martu. Iffaccjat b'dan ir-rikatt, ir-ragel kellu jtiha l-flus li talbitu. L-istess ghamel ftit jiem wara, meta n-nisa regghu marru fuqu juruh ritratti ohrajn.
B'kollox hareg aktar minn hmistax-il elf ewro f'zewg pagamenti differenti. Hekk kif in-nisa regghu marru jirrikitawh ghat-tielet darba, ir-ragel mar jirrapporta l-kaz lill-Pulizija.
Ir-ragel hu mizzewweg u ghandu tifel. It-tlett akkuzati li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inghataw il-liberta provizorja fuq garanzija personali ta hames t'elef ewro bejniethom.
L-Ispettur Fabian Fleri mexxa l-investigazzjonijiet waqt li l-Avukat Michael Scriha deher ghall-akkuzati.
Ещё видео!