Grazzi
Artisti: MARA
Kompożitur: Philip Vella
Awtur: Joe Julian Farrugia
Direttur tal-Orkestra: Ryan Paul Abela
Arranġatur: Ryan Paul Abela
Lirika:
Meta xejn ma jiġi sew
qalbi ma naqtax
xi jum jew ieħor kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid…
M’għadux jinkwetani s-sħab
kif jinġema’ skur
għax ‘il fuq minnu naf; hemm bnazzi infinit
Fejn nittajru għalenija
f’armonija... bla tbatija
u dan kollu mindu f’ħajti tfaċċajt int
Nibqa’
ngħidlek grazzi kemm indum ħajja
ftaħtli bibien ġodda
f’kull waqt tal-ħajja nsibek hemm… dejjem hemm
ġiegħltni nemmen fija nnifsi.
Grazzi li urejtni triqat il-ħajja
bis-sabiħ u l-ikrah
għax l-ikrah bik isir sabiħ... żmien rebbieħ
minn qiegħ qalbi ngħidlek grazzi
Grazzi tal-mumenti sbieħ
ma ninsihom qatt
tbissima biss u ma nistax inkun aħjar
Grazzi meta għidtli le
għintni nifhem sew
li l-ħajja kollha sfidi, mhux biss ward u żahar
Li naċċetta dak li jiena
bla tensjoni... ambizzjoni
ngħix kuntenta bla ma nqabbel mal-oħrajn
Nibqa’
ngħidlek grazzi kemm indum ħajja
ftaħtli bibien ġodda
f’kull waqt tal-ħajja nsibek hemm… dejjem hemm
ġiegħltni nemmen fija nnifsi.
Grazzi li urejtni triqat il-ħajja
bis-sabiħ u l-ikrah
għax l-ikrah bik isir sabiħ... żmien rebbieħ
minn qiegħ qalbi ngħidlek grazzi
Grazzi tal-mumenti sbieħ
Grazzi għal daż-żmien rebbieħ
U tassew li żmien sabiħ
Żmien ma nista’ qatt ninsih
Sirt aħjar mindu tfaċċajt int
Nibqa’
ngħidlek grazzi kemm indum ħajja
ftaħtli bibien ġodda
f’kull waqt tal-ħajja nsibek hemm… dejjem hemm
ġiegħltni nemmen fija nnifsi.
Grazzi li urejtni triqat il-ħajja
bis-sabiħ u l-ikrah
għax l-ikrah bik isir sabiħ... żmien rebbieħ
minn qiegħ qalbi ngħidlek grazzi
Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat
Ещё видео!