IN YEAR C, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 14 IN ORDINARY TIME --- OR short form Lk 10, 1-9 ( --- [ Ссылка ] --- )
--- 'Your peace will rest on that man' ---
Evanġelju
Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu.
Lq 10, 1-12, 17-20
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien, [Lq:10:1] il-Mulej ghażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f'kull belt u post fejn kien se jmur hu. [Lq:10:2] U qalilhom: "Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit! Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu! [Lq:10:3] Morru: araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. [Lq:10:4] Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.
[Lq:10:5] Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, 'Is-sliem lil din id-dar.' [Lq:10:6] U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa' lura għandkom. [Lq:10:7] Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra. [Lq:10:8] F'kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; [Lq:10:9] fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom: 'Is-Saltna ta' Alla waslitilkom'. [Lq:10:10] Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu: [Lq:10:11] 'Sat-trab ta' beltkom infarfru minn ma' riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta' Alla waslet.' [Lq:10:12] Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt".
[Lq:10:17] It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: "Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f'ismek". [Lq:10:18] U hu qalilhom: "Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa' bħal berqa mis-sema. [Lq:10:19] Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta' l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. [Lq:10:20] Madankollu mhux b'dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet".
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
Ещё видео!