Innu Marċ ' Insellmulek' - Carmelo Spiteri
Mal-Banda jieħdu sehem il-Kor.
Copyright: Għaqda Mużikali L'Isle Adam AD1860 - Rabat
Versi: Rev. Sac. Carmelo Busuttil
Insellmulek ma' l-anġli tas-sema,
O, Ġużeppi, Għarus ta' Marija,
Magħha w m'Ibnek nagħtuk kull foħrija,
U nqimuk f'dan il-jum hekk sabiħ.
Ħelwa l-għanja minn qalbna tinstema'
Għalik toħroġ infawra b'kull ġieħ.
F’Nazaret mhux ftit xterdet il-fwieħa
Tal-wardiet sbieħ, li ħafna għaxqitna,
Qalb il-ħdura, ftuħ din ta’ tamitna,
Dawk tas-sema Ħlejqiet misturin.
Fuqhom Alla dik ħarstu żamm sħiħa
Sabu l-għaxqa hawnhekk il-bnedmin
Ġilj n-nies rat, kif beda l-jum jisbaħ,
Mit-tliet Ġilji qiegħed jarmi bħal dijja;
Kien Ġuzeppi, bis-safa mogħnija
Kienet qalbu, bil-bjuda, bil-ġmiel.
Xerdu ġilji, tfal, ġiżi mill-isbaħ
Ward li jfewwaħ, li mhux, tfal, midbiel.
Ещё видео!