ONE.COM.MT • Il-Ħamis, il-Qorti fetħet b’urġenza, hekk kif raġel mill-Mali nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, wara li kien involut f’argument fil-Ħamrun.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI
Mohammed Keita mill-Mali ta’ ħamsa u għoxrin sena, li jgħix il-Ħamrun, inżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan hekk kif tressaq il-Qorti, wara li l-Erbgħa allegatament weġġa’ gravi persuna oħra f’argument fil-Ħamrun.
L-argument seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, fejn meta beda l-argument intalbet l-assistenza tal-Pulizija, li waslu immedjatament fuq il-post u arrestaw lir-raġel.
L-imputat ġie akkużat ukoll li rreżista l-arrest u allegatament kien qed iġorr sikkina jew strument li jaqta’ u bil-ponta.
Keita ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, waqt l-allegat argument.
Għall-akkużat deher l-Avukat tal-għajnuna legali, Daniel Attard, fejn ma talabx għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
TINŻAMM ARRESTATA WARA LI KISSRET KUNDIZZJONIJIET TAL-QORTI
Charlene Gatt ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li kissret ħames kundizzjonijiet ta’ libertà provizjorja mill-Qorti.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-arrest seħħ l-Erbgħa wara li marret fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Ġie spjegat li l-Qorti fit-8 ta’ Ġunju, hija ngħatat kundizzjoni mill-ħelsien mill-arrest, biex tiffirma kuljum fl-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ, iżda hija qatt ma marret tiffirma.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-imputata għamlet xahar rikoverata l-isptar, iżda dan kien bejn Lulju u Awwissu.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata, fejn hi għandna residenza fissa u għandha kundizzjoni medika f’għajnejha.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għall-ħelsien, minħabba li l-imputata ma tgawdi l-ebda affidibilità u għandha l-kondotta kkulurita.
Il-każ ġie diferit, hekk kif il-Prosekuzzjoni trid tippreżenta aktar evidenza f’dan il-każ. Il-każ se jkompli nhar l-Erbgħa li ġej, fejn se tingħata s-sentenza.
Ещё видео!