Dalgħodu fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei saret it-tieni awtopsja fuq il-katavru ta' Mario Camilleri, magħruf bħala l-Imnieħru li nstab mejjet flimkien ma ibnu f'ghalqa fil-Qajjenza l-Hamis tmintax ta' Lulju li ghadda. L-awtopsja li tmexxiet mill-patoloġista Brigette Ellul, ikkonfermat li l-Imniehru ma nqatilx b'tir sparat f'rasu kif jidher li kellhom indikazzjoni l-puliziija iżda b'attakk tal-qalb. Fl-ahhar zviluppi l-lejla, minkejja li l-awtopsja kkonfermat li Mario Camilleri miet b'attakk tal-qalb, mistennija jsiru iktar testijiet forensiċi, fuq insistenza tal-pulizija li f'idejhom għandhom dikjarazzjoni li l-Imniehru miet bi sparatura. Sadanittant ghada l-Erbgha mistennija tibda l-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta' Mario Camilleri maghruf bhala l-Imniehru, u ta ibnu Mario Junior. Dan wara li l-bierah xehed l-ispettur Chris Pullicino fil-kumpilazzjoni li bdiet dwar il-qtil ta' Matthew Zahra.
Ещё видео!