Mhux tal-Aħħar
Artista: Maxine Pace
Kompożitur: Cyprian Cassar
Awtur: Emil Calleja Bayliss
Direttur tal-Orkestra: Ryan Paul Abela
Arranġatur: Ryan Paul Abela
Lirika:
Inħares fiss f’għajnejk
nixtieq posti ħdejk
inżommlok idejk
u nersaq sew lejk.
Niftakar fil-passat
u f’dawk il-beżgħat
li saru weġgħat
kif xgħelna x-xemgħat.
Dejjem tbissimtli
għidtli li f’idejja t-tmun,
dejjem tbissimtli
għidtli li żgur ħdejja tkun.
Dejjem tbissimtli
għidtli biex insib kuraġġ
mingħajrek.
Int fejn int
jien xtaqt fhimt
kont tbikkimt.
Mhux tal-aħħar
li minn qalbi nlissen dal-kliem
għax imħabbti lejk tibqa’ tikber
mingħajr tmiem,
għalkemm qiegħda ‘il bogħod
iżda inħossok viċin
jgħaddu kemm jgħaddu
ġimgħat, xhur anke snin.
Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat
Ещё видео!