ONE.COM.MT • Ilum ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Marija Immakulata.
Dalgħodu żorna l-Belt ta’ Bormla, fejn tkellimna man-nies li kienu preżenti hekk kif din il-festa qed tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba fi żmienha wara l-pandemija.
KITBA: E.PORTELLI / A.FALZON
FILMAT: ALEX BORG
It-tmienja ta’ Diċembru - il-jum iddedikat lil Immakulata Kunċizzjoni.
Fil-jum tal-Ħamis, pajijżna ċċelebra t-tnissil ta’ Marija bla dnub tan-nisel. Kien it-tmienja ta’ Diċembru tal-elf tmien mija u erbgħa u ħamsin (1854), meta Papa Piju IX (disgħa) iddefinixxa d-Domma tal-Immakulata.
F’Bormla, l-Ħamis filgħodu saret il-quddiesa solenni fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata li tmexxiet mill-Monsinjur Larry Spiteri, Imħallef tas-Sacra Romana Rota bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kollegjata ta’ Bormla.
Il-paniġierku kien minsuġ mill-Patri Charles Tabone.
Preżenti għal din il-quddies kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra tad-deputati Anġlu Farrugia u l-Prim Imħallef Mark Chetcuti.
Tkellimna ma’ diversi Bormliżi li ltqajna magħhom qabel bdiet il-quddiesa solenni, fejn spikka s-sodisfazzjon tagħhom li dis-sena il-festa qed titgawda b’mod normali wara sentejn ta’ pandemija.
Il-Festa tal-Kunċissjoni, din is-sena hija waħda speċjali għall-Bormliżi, hekk kif f’Lulju li għadda, din il-belt fakkret il-mitejn anniversarju mindu l-Paroċċa ta’ Bormla saret Kolleġġjata Perinsinji.
Mal-Bormliżi tkellimna dwar xi tfisser għalihom din il-festa.
Ещё видео!