ONE.COM.MT •In-negozjant Yorgen Fenech se jingħata l-police bail u jinsab taħt sigurtà stretta minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu.
Matul il-jum tas-Sibt, issukktaw l-interrogazzjonijiet u l-investigazzjonijiet ma’ Yorgen Fenech b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Illum huwa ilmenta li qed iħoss uġigħ u talab sabiex jiġi invistat. Huwa ittieħed taħt arrest l-isptar Mater Dei għall-aktar testijiet iżda ġie rrilaxxat.
Il-pulizija fi stqarrija qalet li ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu, Yorgen Fenech mhux se jkun f’pożizzjoni li jkompli jiġi nterrogat għall-erbgħa u għoxrin siegħa illi ġejjin.
Ещё видео!